iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena

 



L-uffiċċju tal-qar
i, illum l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2022.

Salm 102 (103)

(I)

Tifħir ’l Alla għal tjubituFil-qalb ħanina tiegħu, Alla ġie jżurna bħax-xemx tielgħa. (Lq 1:78) 

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej; *
b’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej, *
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek. 

Hu li jaħfer dnubietek kollha; *
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
jifdi lil ħajtek mill-qabar; *
iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena;
ixabba’ bil-ġid is-snin ħajtek, *
u bħal tal-ajkla tiġġedded żgħożitek. 

Il-Mulej jagħmel is-sewwa, *
u l-ħaqq mal-maħqurin kollha.
Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu, *
u l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael. 

Glorja.

Ant. 1: Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.

Ant. 2: Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/