il-barka tiegħek fuq il-poplu tiegħek

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 26 ta’ Frar 2023.

Salm 3

Il-Mulej tarka madwari
Imtedd u raqad; għax il-Mulej żammu. (S.Irinew) 

Kemm kotru, Mulej, l-għedewwa tiegħi! *
Ħafna huma dawk li qamu għalija;
ħafna huma dawk li jgħidu fuqi: *
“M’hemmx salvazzjoni għalih f’Alla!” 

Imm’int, Mulej, tarka madwari, *
inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi.
Jien b’leħen għoli l-Mulej insejjaħ; *
hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu. 

Immur nimtedd u norqod; *
u nqum, għax il-Mulej iżommni.
Ma nibżax minn poplu sħiħ
li jinġema’ madwari kontrija. *
Qum, Mulej, salvani, Alla tiegħi! 

Int tajt bil-ħarta lill-għedewwa tiegħi kollha, *
lill-ħżiena kissirtilhom snienhom.
Tiegħek, Mulej, ir-rebħa; *
il-barka tiegħek fuq il-poplu tiegħek. 

Glorja.

Ant. 3: Int, Mulej, tarka madwari, int terfagħli rasi, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/