Il-ħajja talbek

 

L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tnejn 9 ta’ Mejju 2022.

Salm 20 (21):2-8,14

Radd ta’ ħajr għar-rebħa tas-sultan
Ħa l-ħajja u qam, b’għomor twil għal dejjem ta’ dejjem. (S. Irinew) 

Mulej, bil-qawwa tiegħek jifraħ is-sultan; *
kemm jithenna bir-rebħa tiegħek!
Ix-xewqa ta’ qalbu int qtajthielu, *
ma ċħadtlux it-talb ta’ fommu.
Għax inti lqajtu bil-barka u r-risq, *
kuruna ta’ deheb fin qegħedtlu fuq rasu.
Il-ħajja talbek, u inti tajthielu, *
għomor twil minn żmien għal żmien. 

Kbir hu sebħu bir-rebħa li tajtu; *
ġieħ u ġmiel int tqiegħed fuqu.
Lilu tagħti barkiet għal dejjem, *
tferrħu u thennih bis-sebħ ta’ wiċċek.
Għalhekk is-sultan fil-Mulej jittama, *
għall-ħniena tal-Għoli qatt ma jitħarrek.
Tkabbar, Mulej, bil-qawwa tiegħek! *
Ħa ngħannu u nfaħħru s-saħħa tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun il-qaddej ta’ kulħadd, hallelujah.

Ant. 2: Meta jidher ir-Ragħaj il-kbir, tiksbu l-kuruna tas-sebħ, magħmula minn ward li qatt ma jidbiel, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/