Il-Mulej jagħti l-qawwa lill-poplu tiegħu

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023.

Salm 28 (29)

Tifħir lill-Kelma ta’ Alla
Mis-smewwiet instema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż”. (Mt 3:17) 

Agħtu lill-Mulej, ulied Alla, *
agħtu lill-Mulej glorja u qawwa.
Agħtu lill-Mulej il-glorja ta’ ismu, *
qimu l-Mulej fl-għamara mqaddsa tiegħu. 

Leħen il-Mulej fuq l-ibħra, *
il-Mulej fuq l-ibħra kotrana.
Leħen il-Mulej bil-qawwa, *
leħen il-Mulej bil-glorja. 

Leħen il-Mulej ikisser iċ-ċedri; *
ikisser il-Mulej iċ-ċedri tal-Libanu.
Iġiegħel il-Libanu jaqbeż bħal għoġol, *
is-Sirjon bħal ferħ ta’ gendus selvaġġ. 

Leħen il-Mulej itajjar ilsna tan-nar. †
Leħen il-Mulej jheżheż id-deżert; *
jheżheż il-Mulej id-deżert ta’ Kades.
Leħen il-Mulej jobrom il-ballut, *
u jżarma l-foresti.Alla tal-glorja jriegħed; *
u fit-tempju tiegħu kulħadd jgħid: Glorja!
Il-Mulej jaħkem fuq l-għargħar; *
isaltan il-Mulej għal dejjem.
Il-Mulej jagħti l-qawwa lill-poplu tiegħu; *
ibierek il-Mulej bis-sliem il-poplu tiegħu! 

Glorja.

Ant. 3: Qimu l-Mulej fl-għamara mqaddsa tiegħu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/