Imma għandek hemm il-maħfra

 

Kompieta, l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru 2025

Salm 129 (130)

Minn qiegħ l-art insejjaħ
Hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom. (Mt 1:21) 

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: *
isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!
Ħa jkunu widnejk miftuħa *
jiena u nitolbok bil-ħniena. 

Jekk tal-ħtijiet inti tagħti kas, Mulej, *
Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?
Imma għandek hemm il-maħfra, *
biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek. 

Jien lill-Mulej nistenna, *
ruħi f’kelmtu tittama.
Tistenna ruħi lil Sidi, *
aktar milli l-għassiesa s-sebħ. 

Aktar milli l-għassiesa s-sebħ, *
jistenna Iżrael lill-Mulej!
Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, *
u l-fidwa għandu bil-kotra.
Hu li jifdi lil Iżrael *
minn ħtijietu kollha. Glorja. 

Ant. Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej.