Imm’inti ħdejja, Mulej

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum is-Sibt 13 ta’ Awwissu 2022.

Salm 118 (119):145-152

XIX (Kof) 

B’qalbi kollha nsejjaħlek: †
weġibni, Mulej; *
irrid inħares il-kmandamenti tiegħek.
Lilek insejjaħ: salvani int; *
u nħares il-preċetti tiegħek. 

Sa minn qabel is-sebħ nitlob l-għajnuna; *
u fi kliemek jien nittama.
B’għajnejja miftuħa tul is-sahriet tal-lejl, *
jien noqgħod naħseb fuq il-wegħda tiegħek. 

Isma’ leħni, Mulej, fit-tjieba tiegħek; *
u żommni ħaj skond id-digrieti tiegħek.
Qorbu lejja dawk li jfittxu l-ħażen, *
dawk li tbiegħdu mil-liġi tiegħek. 

Imm’inti ħdejja, Mulej; *
sewwa huma l-kmandamenti tiegħek.
Jien ili naf bil-preċetti tiegħek *
li għal dejjem int waqqafthom. 

Glorja.

Ant. 1: Inti ħdejja, Mulej; sewwa huma triqatek.

Ant. 2: Mulej, jieqaf miegħi l-għerf tiegħek fit-tħabrik tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/