Inħares il-liġi tiegħek għal dejjem

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 1 ta’ Awwissu 2022.

Salm 118 (119):41-48

VI (Waw)

Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej, *
u s-salvazzjoni tiegħek skond il-wegħda tiegħek.
Imbagħad nagħti tweġiba lil min jgħajjarni, *
għax jien nafda fil-kelma tiegħek.

Tneħħili qatt minn fommi kliem is-sewwa, *
għax jien fid-digrieti tiegħek nittama.
Inħares il-liġi tiegħek għal dejjem. *
u għal dejjem ta’ dejjem.

U nkun bla xkiel fil-mixi tiegħi, *
għax jien nfittex il-preċetti tiegħek.
U nitkellem fuq il-preċetti tiegħek *
quddiem is-slaten, u ma nistħix.

Nitgħaxxaq bil-kmandamenti tiegħek, *
li jiena ħabbejt.
Nerfa’ jdejja lejn il-kmandamenti tiegħek, *
u naħseb fuq il-preċetti tiegħek.

Glorja.

Ant. 1: Ħenjin dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha.

Ant. 2: L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda tal-Missier.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/