Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, is-Sibt 13 ta’ Lulju 2024
Salm 8

Il-kobor ta’ Alla u d-dinjità tal-bniedem
Hu kollox qiegħed taħt riġlejh, u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha. (Ef 1:22) 

Mulej, Sid tagħna, *
kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 

Int qegħidt is-sebħ tiegħek *
’il fuq mis-smewwiet.
Int, li s-sebħ tiegħek jgħannih *
fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib;
int, li bnejt sur kontra l-għedewwa, *
biex iġġib fix-xejn il-għadu u ’l min iqum kontrik. 

Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, *
il-qamar u l-kwiekeb li int qegħidt fihom!
X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, *
bin il-bniedem, biex taħseb fih? 

Ftit inqas mill-allat għamiltu, †
bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, *
qegħidtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! 

Kollox taħt riġlejh qegħidtlu; *
in-ngħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri,
l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar, *
dak kollu li jterraq fil-baħar. 

Mulej, Sid tagħna, *
kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 

Glorja.

Ant. 3: Kemm hu kbir ismek, Mulej, fl-art kollha!

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar