Inrodd ħajr lill-Mulej għall-ġustizzja tiegħu

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2022.

Salm 7

(II) 
It-tarka tiegħi hu Alla, *
li jsalva ’l min hu qalbu safja.
Alla hu mħallef ġust, *
Alla li dejjem jitħallas mill-ħażen. 

Tassew li l-għadu jiġi u jsinn is-sejf, *
l-ark jissikka u jimmirah.
Diġà ħejja l-armi tal-mewt, *
il-vleġeġ għamilhom għodda mikwija.
Arah, il-għadu jnissel il-ħażen, *
jitqal bil-qerq u jiled il-gideb.
Fetaħ bir u ħaffru sewwa; *
iżda jaqa’ fil-ħofra li għamel hu.
Fuq rasu taqa’ l-ħsara li għamel; *
fuqu tinżel id-dnewwa tiegħu. 

Inrodd ħajr lill-Mulej għall-ġustizzja tiegħu; *
ngħanni isem il-Mulej, isem l-Għoli. 

Glorja.

Ant. 3: Alla mħallef ġust u qawwi, li jsalva ’l min hu qalbu safja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/