Int kollok dija u glorja

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2023.

Salm 75 (76)

(I)

Radd il-ħajr wara r-rebħaJaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab tas-sema. (Mt 24:30) 
Magħruf hu Alla f’Ġuda, *
kbir hu ismu f’Iżrael.
F’Salem hemm l-għarix tiegħu, *
u l-għamara tiegħu f’Sijon.
Hemm hu kisser il-vleġeġ tal-ark, *
it-tarka, is-sejf u l-armi tal-gwerra. 

Int kollok dija u glorja, *
aktar mill-aqwa muntanji.
L-irġiel ta’ qalbhom qawwija *
tilfu l-priża tagħhom:
il-gwerriera qalbiena waqgħu f’raqda, *
idejhom tmewtulhom.
Għall-għajta tiegħek, Alla ta’ Ġakobb, *
f’telfa jaqgħu r-rikkieba u ż-żwiemel. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/