inti kbir bil-bosta!

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2022.

Salm 103 (104)

(I) Innu lill-Mulej ħallieq
Meta wieħed jingħaqad ma Kristu, isir ħolqien ġdid: il-qadim għadda, biex daħal il-ġdid floku. (2 Kor 5:17) 

Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej! *
Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!
Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes, *
bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb. 

Inti frixt is-smewwiet bħal tinda, *
waqqaft fuq l-ilma l-għamajjar għolja tiegħek.
Inti tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek, *
fuq ġwienaħ ir-riħ tiġġerra.
L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek, *
u l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek. 

Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha, *
b’mod li qatt ma titħarrek;
bl-ibħra, bħal b’libsa, inti ksejtha; *
u l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet l-għoljiet. 

Malli inti ċċanfarhom, jaħarbu; *
malli jriegħed leħnek, jitkexkxu.
Ma’ l-għoljiet jogħlew, fil-widien jinżlu; *
posthom, li int tajthom, jieħdu.
Ma jaqbżux it-tarf li int ħażżejtilhom, *
biex qatt aktar ma jerġgħu jgħattu l-art. 

L-għejun tiftħilhom għal ġol-widien, *
u huma jiġru qalb l-għoljiet.
Jisqu l-bhejjem kollha tar-raba’, *
u l-ħmir selvaġġi jaqtgħu l-għatx tagħhom.
Ħdejhom jgħammru l-għasafar tal-ajru, *
minn qalb il-friegħi jsemmgħu l-għana tagħhom. 

Glorja.

Ant. 1: Mulej, Alla tiegħi, bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes, bid-dawl, bħal mantell, inti mkebbeb, hallelujah.

Ant. 2: Il-Mulej ħareġ il-ħobż mill-art, u nbid li jferraħ qalb il-bniedem, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/