Inti l-għajnuna u l-ħelsien tiegħi

 

Talb ta’ nofs il-jum, l-Erbgħa 29 ta’ Jannar 2025

Salm 69 (70)

O Alla, ejja eħlisni
Salvana, Mulej; se nintilfu. (Mt 8:25) 

O Alla, ejja eħlisni! *
Mulej, fittex għinni!
Ħa jistħu u jinfixlu *
dawk li jfittxu jneħħuli ħajti.
Ħa jerġgħu lura mħawda *
dawk li jifirħu bid-deni tiegħi. 

Ħa jerġgħu lura kollhom mistħija *
dawk li jiddieħku bija.
Jithennew u jifirħu bik *
dawk kollha li jfittxuk;
jgħidu dejjem: “Kbir hu Alla,” *
dawk li jħobbu s-salvazzjoni tiegħek. 

Imma jien, fqajjar u msejken; *
o Alla, fittex għinni!
Inti l-għajnuna u l-ħelsien tiegħi: *
iddumx ma tgħinni, Mulej! 

Glorja.

Ant. 2: Jien fqajjar u msejken: o Alla, fittex għinni.

Ant. 3: Alla ma jiġġudikax skond ma jidher fl-għajnejn, imma skond il-ġustizzja u s-sewwa.