It-twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

 

Niċċelebraw it-twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, illum l-Erbgħa 8 ta’ Settembru.

Ant. 1: Min-nisel ta’ Ġesse twieldet il-Verġni Marija, li saret għamara tal-Ispirtu ta’ Alla l-Għoli.

Ant. 2: Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li Alla xeħet għajnejh fuq il-ġmiel tagħha u ġie jżurha fiċ-ċokon tagħha.

Salm 126 (127)

Fieragħ kull taħbit mingħajr il-MulejIntom il-bini ta’ Alla. (1 Kor 3:9) 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, *
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt, *
għalxejn jishar l-għassies. 

Ma jiswielkom xejn li tbakkru, †
jew li ddumu ma tistrieħuu li tieklu ħobż it-tbatija; *
għax hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu. 

Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied, *
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
Bħal vleġġa f’id il-ġellied, *
hekk huma wlied iż-żgħożija. 

Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom! *
Ma jinfixilx meta jiltaqa’
ma’ l-għedewwa f’bieb il-belt. 

Glorja.

Ant. 2: Illum it-twelid tal-Verġni mqaddsa Marija, li Alla xeħet għajnejh fuq il-ġmiel tagħha u ġie jżurha fiċ-ċokon tagħha.

Ant. 3: Barka u ġieħ lill-Verġni mqaddsa Marija, Omm Alla, li llum qegħdin niċċelebraw it-twelid tagħha, biex bit-talb tagħha tidħol għalina quddiem il-Mulej.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/