Jien nagħraf it-tjur kollha tal-ajru

 

L-uffiċċju tal-qari, it-Tnejn 4 ta’ Novembru 2024
Salm 49 (50)

(II) 

“Isma’, poplu tiegħi, għax se nitkellem, †
Iżrael, għax se nixhed kontrik. *
Jiena Alla, Alla tiegħek.
Ma nċanfrekx għas-sagrifiċċji tiegħek; *
il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi.
Ma neħtieġ ebda għoġol minn tiegħek, *
jew gidjien mill-imrieħel tiegħek. 

Għax tiegħi huma l-bhejjem tax-xagħri, *
eluf huma l-bhejjem fuq l-għoljiet tiegħi.
Jien nagħraf it-tjur kollha tal-ajru, *
taħt għajnejja kulma jimxi fir-raba’.
Li kont bil-ġuħ, mhux se ngħid lilek, *
għax tiegħi l-art u kulma fiha. 

Huwa jien se niekol laħam il-gniedes, *
jew nixrob id-demm tal-gidjien?
Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, *
u rodd lill-Għoli l-wegħdiet tiegħek.
Imbagħad sejjaħli f’jum id-dwejjaq; *
jien neħilsek, u int tweġġaħni.” 

Glorja.

Ant. 2: Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr.

Ant. 3: Jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju; li tagħrfu ’l Alla rrid, u mhux vittmi maħruqa.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar