Jiena għażilt it-triq tas-sewwa

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu 2024
Salm 118 (119):25-32

IV (Dalet) 

Mixħuta fit-trab hi ruħi; *
aħjini int skond kelmtek.
Triqati wrejtek, u int weġibtni; *
għallimni l-kmandamenti tiegħek. 

Fehemni t-triq tal-preċetti tiegħek, *
biex naħseb fuq għeġubijietek.
Jiena nfnejt bin-niket, *
erfagħni int skond kelmtek. 

Biegħed minni triq il-gideb; *
agħtini fi tjubitek il-liġi tiegħek.
Jiena għażilt it-triq tas-sewwa; *
ħtart għalija d-digrieti tiegħek. 

Inżomm sħiħ mal-preċetti tiegħek; *
Mulej, tħallinix naqa’ fil-mistħija.
Jien niġri fit-triq tal-kmandamenti tiegħek, *
għax int saħħaħtli qalbi. 

Glorja.

Ant. 1: Jien niġri fit-triq tal-kmandamenti tiegħek, għax int saħħaħtli qalbi.

Ant. 2: Sħiħa fil-Mulej it-tama tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar