jisma’ l-għajta tagħhom, u jsalvahom

 

L-għasar, il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju 2025

Salm 144 (145)

(II) 

Ta’ keltmu l-Mulej fil-wegħdiet tiegħu kollha, *
twajjeb f’dak kollu li għamel.
Iwieżen il-Mulej ’il kull min se jaqa’, *
iqajjem ’il kull min hu mitluq.
Għajnejn kulħadd iħarsu lejk, Mulej, *
u inti tagħtihom l-ikel f’waqtu.
Int tiftaħ idek, *
u xxabba’ ’l kulħadd bil-ġid. 

Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha, *
twajjeb f’dak kollu li għamel.
Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu, *
lejn kull min isejjaħlu fis-sewwa.
Jaqtgħalhom xewqthom ’il dawk li jibżgħu minnu, *
jisma’ l-għajta tagħhom, u jsalvahom.
Iħares il-Mulej lil ħbiebu kollha, *
imma lill-ħżiena kollha jeqridhom. 

Tifħir il-Mulej ixandar fommi; †
u jbierek kulħadd l-isem qaddis tiegħu *
għal dejjem ta’ dejjem! 

Glorja.

Ant. 2: Kull ġieħ u glorja lis-Sultan ta’ dejjem, li ma jmutx u ma jidhirx, hallelujah.

Ant. 3: Il-Mulej il-qawwa u l-foħrija tiegħi: hu sar għalija s-salvazzjoni, hallelujah.