juri mħabbtu mal-midluk tiegħu

 

Uffiċċju tal-qari, il-Ħamis 1 ta’ Awwissu 2024
Salm 17 (18):47-51

(VI)

Ħaj il-Mulej! Imbierek hu, il-blata tiegħi! *
Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!
Alla, li għenni biex tħallast mill-għedewwa, *
li qegħedli l-ġnus taħt riġlejja!
Int teħlisni mill-għedewwa tiegħi, †
tqegħedni fuq min jaħbat għalija, *
teħlisni min-nies tad-dnewwa. 

Għalhekk infaħħrek fost il-ġnus, Mulej, *
u ngħanni t-tifħir ta’ ismek.
Hu jkabbar ir-rebħ lis-sultan tiegħu, †
juri mħabbtu mal-midluk tiegħu; *
ma’ David u nislu għal dejjem. 

Glorja.

Ant. 3: Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar