
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek!
Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 12 ta’ Settembru 2023.
Salm 118 (119):97-104
XIII (Mem)
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! *
Il-jum kollu ħsiebi fiha.
Il-kmandament tiegħek għal dejjem miegħi, *
jagħmilni egħref mill-għedewwa tiegħi.
Jien nifhem aktar mill-imgħallmin tiegħi kollha, *
għax ħsiebi fil-kmandamenti tiegħek.
Aktar mix-xjuħ jien bil-għaqal, *
għax inħares il-preċetti tiegħek.
Minn kull triq ħażina nwarrab riġlejja, *
biex inħares il-kelma tiegħek.
Mid-digrieti tiegħek qatt ma nitbiegħed, *
għax int kont li għallimthomli.
Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek! *
Oħla mill-għasel għal fommi.
Jien ksibt id-dehen bil-preċetti tiegħek; *
għalhekk nobgħod kull triq qarrieqa.
Glorja.
Ant. 1: L-imħabba hija l-milja tal-liġi.
Ant. 2: Mulej, ftakar fil-ġemgħa li ksibt għalik mill-qedem.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/