Kont malajr insib fejn nistkenn

 

L-uffiċċju tal-qari, l-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu 2024
Salm 54 (55):2-15,17-24

(I) Kontra l-ħbieb ħżiena
Lil Ġesù bdew jaħkmuh il-biża’ u dwejjaq. (Mk 14:33) 

Agħti widen, o Alla, għat-talba tiegħi, *
titwarrabx mit-talb umli tiegħi.
Ismagħni u weġibni, *
m’għandix mistrieħ fid-dwejjaq tiegħi!
Nirtogħod bil-biża’ għall-ħoss tal-għedewwa, *
minħabba l-għajat tal-ħżiena;
għax huma jġibu fuqi l-ħsarat, *
fl-għadab tagħhom jeħduha kontrija.
Qalbi tinfena ġewwa fija, *
biża’ tal-mewt waqa’ fuqi.
Biża’ u tregħid jiġu fuqi, *
u twerwir jaħkimni. 

U ngħid: “Mhux li kelli l-ġwienaħ bħal ħamiema, *
biex intir u mmur nistrieħ!
Kont ’il bogħod immur niġġerra, *
u fid-deżert insib fejn noqgħod.
Kont malajr insib fejn nistkenn *
mir-riħ qawwi u r-riefnu.”

Glorja.

Ant. 1: Titwarrabx, o Alla, mit-talb umli tiegħi minħabba l-għajat tal-ħżiena.

Ant. 2: Il-Mulej jeħlisna minn idejn l-għadu u l-qarrieq.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar