ksibt l-għajnuna u ferħet qalbi

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2024
Salm 27 (28)

Talb u radd il-ħajr
Missier, inroddlok ħajr li smajtni. (Ġw 11:41) 

Lilek, Mulej, insejjaħ; *
blata tiegħi, la tittarrax għalija.
Jekk int tibqa’ sieket miegħi, *
inkun nixbaħ lil min jinżel fil-ħofra.
Isma’ leħen it-tnehid tiegħi
meta nsejjaħ l-għajnuna tiegħek, *
kull meta nerfa’ jdejja
lejn is-santwarju mqaddes tiegħek.
Tiġbornix man-nies ħżiena, *
ma dawk li jagħmlu l-ħażen,
li kliem ta’ sliem jgħidu lil għajrhom, *
u qalbhom bil-qerq mimlija. 

Imbierek il-Mulej, *
għax sama’ leħen it-tnehid tiegħi.
Il-Mulej hu l-qawwa tiegħi u t-tarka tiegħi, *
fih ittamat qalbi;
ksibt l-għajnuna u ferħet qalbi; *
irroddlu ħajr bil-għana tiegħi. 

Il-Mulej hu s-saħħa tal-poplu tiegħu, *
kenn tas-salvazzjoni għas-sultan, il-midluk tiegħu.
Salva l-poplu tiegħek, bierek ’il wirtek, *
kun ir-ragħaj tagħhom, erfagħhom għal dejjem! 

Glorja.

Ant. 3: Fil-Mulej ittamat qalbi, u ksibt l-għajnuna.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar