ladarba żmienek idum għal dejjem

 

Uffiċċju tal-qari, it-Tlieta 3 ta’ Frar 2026

Salm 101 (102)

(III) 

Neħħieli saħħti f’nofs it-triq, *
qassarli ż-żmien ta’ ħajti.Jien ngħidlu: †
“Alla tiegħi, la teħodnix f’nofs ħajti, *
ladarba żmienek idum għal dejjem.
L-art int waqqaftha sa mill-bidu; *
għemil idejk huma s-smewwiet. 

Huma jgħaddu, imma int tibqa’; †
bħal libsa huma lkoll jiqdiemu, *
tbiddilhom bħal libsa u jintemmu.
Imma int li int tibqa’; *
bla tmiem huma s-snin tiegħek.
Ulied il-qaddejja tiegħek ikollhom darhom; *
nisilhom jibqa’ għal dejjem quddiemek.” 

Glorja.

Ant. 3: L-art int waqqaftha, Mulej; għemil idejk huma s-smewwiet.