Lejk immidd idejja

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 14 ta’ Settembru.

Salm 87 (88)

(II) 

Ħadtli ’l ħbiebi ’l bogħod minni, *
għamiltni ħaġa tal-għajb għalihom;
ninsab magħluq, u ma nistax noħroġ; *
għajnejja mdallma bl-għali.
Lilek, Mulej, kuljum insejjaħ, *
lejk immidd idejja. T

agħmel int għeġubijet mal-mejtin, *
jew se jqumu l-erwieħ biex ifaħħruk?
Tixxandar fil-qabar it-tjieba tiegħek, *
jew f’post it-telfien il-fedeltà tiegħek?
Jingħarfu fid-dlam l-għeġubijiet tiegħek, *
jew f’art il-minsija l-ġustizzja tiegħek? 

Imma jien, Mulej, lejk ngħajjat, *
fil-għodu għandek tasal it-talba tiegħi.
Għaliex, Mulej, twarrabni, *
u taħbi wiċċek minni?
Imsejken jien, u qisni mejjet sa minn żgħożiti, *
inħossni mifni, mgħobbi bil-biża’ tiegħek. 

Għaddiet minn fuqi l-qilla tiegħek, *
fnietni l-imġiba tiegħek tal-biża’. 
Kuljum bħall-ilma jdawruni, *
flimkien minn kull naħa jagħlquni.
Int begħidt minni l-ħbieb u l-qraba, *
sħabi huma d-dlamijiet. 

Glorja.

Ant. 3: Jien lejk ngħajjat, Mulej; la taħbix wiċċek minni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/