lil min jimxi bis-sewwa

 



L-uffiċċju tal-qari, illum is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2022.

Salm 49 (50)

(III) 

Lill-ħażin, imma, Alla jgħidlu: †
“Kif titkellem fuq il-kmandamenti tiegħi, *
u żżomm fuq xufftejk il-patt tiegħi,
int, li tobgħod it-twiddib, *
u tixħet kliemi wara dahrek? 

Jekk tiltaqa’ ma’ ħalliel, tissieħeb miegħu; *
u sehmek taqsam maż-żienja.
Fommok ftaħt għall-ħażen, *
u lsienek il-qerq jinseġ. 

Kontra ħuk toqgħod tpaċpaċ, *
kontra bin ommok tqassas.
Dan int għamilt, u jien bqajt sieket; *
forsi ħsibt li jiena bħalek.
Issa se nċanfrek, *
u dan kollu nqiegħed quddiemek. 

Ifhmuha sewwa, intom li tinsew ’l Alla, *
li ma naħtafkomx, u ħadd ma jeħliskom.
Min iroddli sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, *
dan isebbaħni;
lil min jimxi bis-sewwa *
nurih is-salvazzjoni ta’ Alla.” 

Glorja.

Ant. 3: Is-sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr isebbaħni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/