meta jogħġbok, o Alla, weġibni

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju 2023.

Salm 68 (69):2-22,30-37

(II)
Imma jien lilek nitlob, Mulej; *
meta jogħġbok, o Alla, weġibni,
fil-kobor ta’ tjubitek *
u skond il-wegħda tas-salvazzjoni tiegħek.
Aqlagħni mill-ħama u ma nibqax nieżel; *
ħarisni minn min jobgħodni
u eħlisni mill-ilma fond.
Tħallix iġorrni l-ilma, *
jew jiblagħni d-dagħbien,
u jingħalaq fuqi l-bir! 

Weġibni, Mulej, għax mill-aħjar tjubitek; *
dur lejja fil-kobor tal-ħniena tiegħek.
Taħbix wiċċek mill-qaddej tiegħek; *
fittex weġibni, għax ninsab fil-hemm.
Ersaq qrib lejja u ifdini; *
eħlisni minħabba l-għedewwa tiegħi.
Int taf bit-tkasbir u l-mistħija u l-għajb tiegħi; *
quddiemek huma l-għedewwa kollha tiegħi. 

It-tagħjir qasamli qalbi u fnieni; †
fittixt min jagħdirni, u ma sibt ’il ħadd; *
min ifarraġni, u ma kelli ’l ħadd.
Tawni b’ikel il-velenu; *
sqewni l-ħall meta kont bil-għatx. 

Glorja.

Ant. 2: Tawni b’ikel il-velenu, sqewni l-ħall meta kont bil-għatx.

Ant. 3: Agħmlu l-qalb, intom li tfittxu lil Alla.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/