minn issa u għal dejjem

 

L-għasar, illum il-Ħadd 6 ta’ Awwissu 2023.

Salm 120 (121)

Il-Mulej iħares il-poplu
Ma jbatux aktar ġuħ, anqas għatx ma jagħmel bihom aktar; ix-xemx ma taħkimhomx, anqas ebda għomma. (Apok 7:16) 

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet; *
mnejn se tiġini l-għajnuna?
L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej *
li għamel is-sema u l-art. 

Ma jħalli qatt lil riġlek jogħtor; *
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod *
dak li jħares lil Iżrael. 

Il-Mulej hu dak li jħarsek, *
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar, *
anqas il-qamar billejl. 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni, *
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *
minn issa u għal dejjem. 

Glorja.

Ant. 2: Sħaba kollha dawl għattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen igħid: Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi.

Ant. 3: Huma u niżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/