minn issa u għal dejjem

 

L-għasar, it-Tlieta 25 ta’ Frar 2025

Salm 124 (125)

Il-Mulej hu l-ħarsien tal-poplu tiegħu
Is-Sliem fuq Iżrael ta’ Alla. (Gal 6:16) 

Min jitma fil-Mulej hu bħall-għolja ta’ Sijon, *
li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem. 

Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm, *
hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,
minn issa u għal dejjem. 

Ma jitħalliex ix-xettru tal-ħżiena
fuq l-art, wirt il-ġusti, *
biex ma jiġrix li l-ġusti
jmiddu jdejhom għall-ħażen. 

Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin *
u lil dawk ta’ qalbhom safja.
Imma ’l dawk li jgħawġu triqthom †
jitlaqhom il-Mulej ma’ dawk li jagħmlu l-ħażen. *
Sliem għal Iżrael! 

Glorja.

Ant. 1: Il-Mulej hu madwar il-poplu tiegħu.

Ant. 2: Jekk ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, ma tidħlux fis-saltna tas-smewwiet.