minn issa u għal dejjem!

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, is-Sibt 2 ta’ Awwissu 2025

Salm 130 (131)

Tama sħiħa fil-Mulej
Tgħallmu minni, għax jien ta’qalb ħelwa u umli. (Mt 11:29) 

Mulej, ma tkabbritx qalbi, *
anqas ma ntrefgħu għajnejja;
jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar, *
jew wara ħwejjeġ ogħla minni. 

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ *
bħal tarbija f’ħoġor ommha;
bħal tarbija miftuma, *
hekk hi ruħi ġewwa fija. 

Ittama, Iżrael, fil-Mulej, *
minn issa u għal dejjem! 

Glorja.

Ant. 1: L-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu dak li jċekken lilu nnifsu bħal tifel żgħir.

Ant. 2: Alla tiegħi, jien offrejtlek kollox tassew minn qalbi.