Mix-xogħol ta’ jdejk inti tiekol

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ħamis 22 ta’ Awwissu 2024
Salm 127 (128)

Is-sliem tad-dar fil-Mulej
“Ibierkek il-Mulej minn Sijon, jiġifieri, mill-Knisja tiegħu. (Arnobju) 

Hieni kull min jibża’ mill-Mulej, *
kull min jimxi fit-triqat tiegħu! 

Mix-xogħol ta’ jdejk inti tiekol, *
hieni int, u risqek tajjeb! 

Martek tkun bħal dielja għammiela *
fl-irkejjen ta’ darek;
uliedek bħal xitel taż-żebbuġ *
madwar il-mejda tiegħek. 

Ara, kif ikun imbierek il-bniedem *
li jibża’ mill-Mulej! 

Ibierkek il-Mulej minn Sijon! *
Jalla tara l-ġid ta’ Ġerusalemm tul ħajtek kollha.
Jalla tara wlied uliedek! *
Sliem lil Iżrael! Glorja.

Ant. 2: Ibierkek il-Mulej, u jalla tara s-sliem tul ħajtek kollha.

Ant. 3: Il-Mulej Alla nnifsu jitqabad għalik mal-għedewwa tiegħek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar