Mulej, Alla tagħna, inti smajthom

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, il-18 ta’ Diċembru 2024
Salm 98 (99)

Qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna
Int qiegħed fuq il-kerubini, int, li sirt tixbah lilna u biddilt id-dinja mill-qagħda ħażina tagħha. (S. Atanasju) 

Il-Mulej isaltan; jitkexkxu l-ġnus! *
Fuq il-kerubini t-tron tiegħu; ħa titheżżeż l-art!
Kbir il-Mulej f’Sijon; *
hu jaħkem fuq il-popli kollha. 

Ħa jfaħħru ismek, kbir u tal-biża’, *
għax hu qaddis u qawwi.
Int sultan li tħobb il-ġustizzja u waqqaft is-sewwa; *
id-dritt u s-sewwa tagħmel ma’ Ġakobb. 

Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna, *
inxteħtu quddiem mirfes riġlejh, għax hu qaddis! 

Mosè u Aron fost il-qassisin tiegħu, †
u Samwel fost dawk li jsejħu ismu, *
kienu jsejħu l-Mulej, u hu jweġibhom.
F’kolonna ta’ sħab kien jitkellem magħhom; *
kienu jħarsu l-preċetti u l-liġi li tahom.
Mulej, Alla tagħna, inti smajthom; †
int Alla li tagħder kont għalihom; *
iżda tħallast tal-imġiba ħażina tagħhom. 

Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna, †
u nxteħtu quddiem l-għolja mqaddsa tiegħu; *
għax qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna! 

Glorja.

Ant. 3: Dur lejna, Mulej, u ddumx ma tiġi għand il-qaddejja tiegħek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar