Mulej la titbegħidx minni

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 16 ta’ Awwissu 2024
Salm 21

(II) 

Qatgħa gniedes daru miegħi; *
barrin qawwija ta’ Basan għalquni,
b’ħalqhom miftuħ għal fuqi, *
bħal iljun li jaħtaf u jgħajjat.
Ninsab bħall-ilma msawwab, *
għandi għadmi maqlugħ kollu;
qalbi hi bħal xemgħa, *
iddub ġewwa fija.
Ħalqi niexef bħal xaqqufa, †
ilsieni mwaħħal ma’ ħnieki; *
ninsab mitfugħ fuq trab il-mewt. 

Qabda klieb daru għalija, *
ġemgha nies ħżiena rassewni.
Taqqbuli jdejja u riġlejja, *
nista’ ngħodd għadmi kollu.
B’għajnejhom fuqi jħarsu lejja. †
Ħwejġi jaqsmu bejniethom;
jaqtgħu x-xorti għal-libsa tiegħi. 

Mulej la titbegħidx minni; *
qawwa tiegħi, fittex għinni!
Eħlisli mis-sejf lil ħajti, *
u mill-klieb lil ħajti l-għażiża.
Minn ħalq l-iljun salvani, *
minn qarn il-gniedes lili msejken.
Inxandar ismek lil ħuti, *
infaħħrek f’nofs il-ġemgħa. 

Glorja.

Ant. 2: Qatgħu x-xorti, u qasmu bejniethom il-ħwejjeġ ta’ Ġesù.

Ant. 3: Quddiem il-Mulej jinxteħtu r-razez kollha tal-ġnus.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar