Naħsel fis-safa jdejja

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu.

Salm 25 (26)

Talb u tama ta’ bniedem bla ħtija
Alla għażilna fi Kristu, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa. (Ef 1:4) 

Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej! †
Bla ħtija l-imġiba tiegħi, *
sħiħa fil-Mulej it-tama tiegħi.
Ġarrabni, Mulej, għarbilni, *
iflili moħħi u qalbi. 

Tjubitek quddiem għajnejja, *
imxejt skond is-sewwa tiegħek.
Ma qgħadtx man-nies giddieba, *
ma sseħibtx ma’ nies qarrieqa.
Nobgħod il-ġemgħa tal-ħżiena, *
ma nagħmilhiex mal-midinbin. 

Naħsel fis-safa jdejja, *
u ndur madwar l-altar tiegħek, Mulej,
biex ngħannilek ir-radd ta’ ħajr, *
u nxandar għeġubijietek kollha.
Mulej, nħobb id-dar tal-għamara tiegħek, *
il-post fejn jgħammar sebħek. 

Tgħoddnix man-nies midinba, *
anqas ma’ min ixerred id-dmija;
dawk li għandhom f’idejhom il-ħażen, *
u f’leminthom rigali qarrieqa.
Iżda jien nimxi bla ħtija; *
eħlisni int, u ħenn għalija.
Jien b’riġli wieqaf fil-wita; *
fil-ġemgħat, Mulej, lilek inbierek. 

Glorja.

Ant. 2: Sħiħa fil-Mulej it-tama tiegħi.

Ant. 3: Fil-Mulej ittamat qalbi, u ksibt l-għajnuna.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/