Ngħammar f’dar il-Mulej

 


L-għasar, illum l-Erbgħa 1 ta’ Diċembru.

Salmodija

Ant. 1: Alla jagħtini d-dawl u jsalvani, jeħlisni minn kull biża’.

Salm 26 (27)

(I) Tama f’Alla waqt it-taħbitDin l-għamara ta Alla mal-bnedmin. (Apok 21:3) 

Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, *
minn min għandi nibża’?
Il-Mulej hu l-kenn tiegħi, *
quddiem min għandi nitwerwer?
Meta jqumu għalija l-ħżiena, *
biex jaħtfuni u jikluni,
dawk li għandhom għalija, l-għedewwa tiegħi, *
huma jitfixlu u jaqgħu. 

Imqar jekk eżerċtu jqum għalija, *
xejn ma tibża’ qalbi;
mqar jekk gwerra tqum kontrija, *
jiena nibqa’ qalbi qawwija. 

Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej, *
ħaġa waħda nfittex:
li ngħammar f’dar il-Mulej *
tul il-jiem kollha ta’ ħajti;
biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej *
u nbakkar fit-tempju tiegħu. 

Għax hu jaħbini fl-għarix tiegħu *
meta nsib ruħi fil-għawġ;
jistorni fis-satra ta’ daru, *
fuq blata fl-għoli jqegħedni.
U issa tintrefa’ rasi *
fuq l-għedewwa ta’ madwari. 

U jien noffri fit-tempju tiegħu
sagrifiċċju b’għajat ta’ ferħ. *
Ngħanni u nfaħħar il-Mulej! 

Glorja.

Ant. 1: Alla jagħtini d-dawl u jsalvani, jeħlisni minn kull biża’.

Ant. 2: Jien wiċċek infittex, Mulej: la taħbix wiċċek minni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/