nitgħaxxaq bis-salvazzjoni tiegħu

 


L-uffiċċju tal-qari,, illum il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar 2023.

Salm 34 (35):1-2,3ċ,9-19,22-23,27-28

(I) Il-Mulej isalvana minn min jippersegwitana
Inġabru … u bdew jiftiehmu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta’ moħhom u jagħtuh il-mewt. (Mt 26:3,4) 

Ħudha, Mulej, ma’ min jeħodha miegħi, *
tqabad ma’ min jitqabad kontrija.
Aqbad it-tarka, il-kbira u ż-żgħira, †
u qum biex tagħtini l-għajnuna. *
Għidli: “Jiena s-salvazzjoni tiegħek!” 

Imma jien fil-Mulej nifraħ, *
nitgħaxxaq bis-salvazzjoni tiegħu.
Saħansitra għadmi kollu jgħid: *
“Min hu bħalek, Mulej!
Int teħles l-imsejken minn min hu aqwa minnu, *
l-imsejken u l-fqajjar minn dak li jisirqu.” 

Iqumu xiehda qarrieqa, †
dak li ma nafx jistaqsuni; *
bid-deni għall-ġid iħallsuni; qerduli ruħi. 

Glorja.

Ant. 1: Qum, Mulej, biex tagħtini l-għajnuna.

Ant. 2: Mulej Sidi, agħtini raġun, aqbeż għall-kawża tiegħi, għax int qawwi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/