
Omm safja u tal-għaġeb
Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru.
Salmodija
Ant. 1: Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.
Salm 62 (63):2-9
Ir-ruħ għatxana għall-Alla
Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad egħmejjel il-lejl.
Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bilgħatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.
Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.
Glorja.
Ant. 1: Omm safja u tal-għaġeb, mingħajr ebda tebgħa, li stħaqqilha ġġib ’l Alla fid-dinja.
Ant. 2: Imbierka int, Verġni Marija, mill-Mulej Alla l-Għoli, aktar min-nisa kollha tal-art.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/