Qum, Mulej, oħroġ għall-għadu u ġarrfu

 

Talb ta’ nofs il-jum, l-Erbgħa 28 ta’ Awwissu 2024
Salm 16 (17)

(II)

Għalqu qalbhom għall-ħniena, *
minn fommhom joħroġ kliem kburi.
Jiġu għal fuqi, minn kull naħa għalquni, *
ħarsithom fuqi, biex mal-art jitfgħuni.
Huma bħal iljun imxennaq għall-priża, *
bħal ferħ ta’ ljun moħbi wara l-mansab. 

Qum, Mulej, oħroġ għall-għadu u ġarrfu; *
eħlisli ħajti minn id il-ħażin.
B’sejfek, Mulej, b’idek mill-bnedmin eħlisni, *
mill-bnedmin li ħajjet din l-art sehemhom.
Ħa jimtlew bil-ġid tiegħek, †
ħa jieklu sax-xaba’ wliedhom, *
u jibqgħalhom xi jħallu liż-żgħar tagħhom!
Imma jien, fil-ħaqq, għad nara ’l wiċċek; *
meta nqum, nithenna bid-dehra tiegħek. 

Glorja.

Ant. 3: Qum Mulej, eħlisli ħajti.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar