Qum u ejja

 

L-għasar, illum il-Ħamis 16 ta’ Diċembru.

(I) Il-wegħdiet ta’ Alla lill-familja ta’ David
Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru. (Lq 1:32) 

Ftakar, Mulej, f’David *
u fl-hemm tiegħu kollu.
Ftakar kif hu ħalef lill-Mulej, *
u wiegħed lil Alla, il-Qawwi ta’ Ġakobb; 

“Ma nidħolx taħt is-saqaf ta’ dari, *
ma nitlax fuq il-friex ta’ soddti,
ma nagħlaqx għajnejja u norqod *
u anqas nagħlaq xfar għajnejja bin-ngħas,
sa ma nsib post għall-Mulej, *
għamara għal Alla, il-Qawwi ta’ Ġakobb.” 

Araw, smajna bl-arka f’Efrata, *
sibnieha fir-raba ta’ Ġagħar,
Ħa nidħlu fl-għamara tiegħu, *
ninxteħtu quddiem il-mirfes ta’ riġlejh! 


Qum u ejja, Mulej, lejn il-mistrieħ tiegħek, *
int u l-arka tal-qawwa tiegħek.
Jilbsu l-ġustizzja l-qassisin tiegħek, *
jgħajtu bil-ferħ il-ħbieb tiegħek.
Minħabba f’David, il-qaddej tiegħek, *
twarrabx wiċċ is-sultan, il-midluk tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Ħbiebek jidħlu f’darek, Mulej, b’għajat ta’ ferħ.

Ant. 2: Il-Mulej għażel ’il Sijon biex tkun id-dar tiegħu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/