Ruħi billejl tixtieqek

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tlieta 12 ta’ Lulju 2022.

Kantiku (Iż 26:1-4,7-9,12)

Innu wara r-rebħa fuq il-għadu
Il-ħajt tal-belt għandu tnax-il pedament. (Apok 21:14) 

Għandna belt qawwija, *
bnielha swar u ħitan għas-salvazzjoni tagħna.
Iftħu l-bibien biex jidħol *
poplu ġust li jżomm is-sewwa.Il-fehma tiegħu sħiħa; *
inti ssaħħaħlu s-sliem, għax fik ittama.
Ittamaw fil-Mulej għal dejjem ta’ dejjem, *
għax il-Mulej hu l-blata ta’ dejjem. 

It-triq tal-ġust hi dritta; *
lill-ġust int twittilu l-mogħdija.
Fi triq il-ġudizzji tiegħek aħna nistennewk, Mulej: *
ismek u t-tifkira tiegħek huma x-xewqa tar-ruħ.
Ruħi billejl tixtieqek, *
ifittxek bil-ħerqa l-ispirtu tiegħi ġo fija,
għax meta jingħarfu fuq l-art il-ġudizzji tiegħek, *
kull min jgħammar fid-dinja jitgħallem is-sewwa. 

Mulej, inti tagħtina s-sliem, *
għax kull għemil tagħna għamiltu int għalina. 
Glorja.

Ant. 2: Ruħi billejl tixtieqek, ifittxek bil-ħerqa l-ispirtu tiegħi ġewwa fija.

Ant. 3: Dawwar, Mulej, għal fuqna d-dija ta’ wiċċek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/