safja hi l-kelma tal-Mulej

 

L-Uffiċċju tal-qari, l-Ħamis 4 ta’ Lulju 2024
Salm 17 (18):31-35

(IV) 

Dritta hi t-triq ta’ Alla; *
safja hi l-kelma tal-Mulej.
Tarka huwa Alla *
għal kull min jistkenn fih.
Għax min hu Alla ħlief Jaħweh? *
Min hu blata ħlief Alla tagħna?
Hu Alla, li ħażżimni bil-qawwa; *
fetaħli triq dritta quddiemi.
Bħal taċ-ċriev jagħmilli riġlejja, *
fuq l-għoljiet fis-sod iqegħedni.
Idejja jħarriġli għat-taqbida; *
ark tal-bronż imiddu diragħajja. 

Glorja.

Ant. 1: Il-kelma tal-Mulej hi tarka għal kull min jistkenn fih.

Ant. 2: Il-leminija tiegħek, Mulej, għenitni.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar