Sidi, is-salvazzjoni tiegħi

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru 2024
Salm 37 (38)

(III) 

Imma jien bħal trux li ma jismax; *
bħal imbikkem li ma jiftaħx ħalqu.
Nagħmilha ta’ wieħed li ma jismax, *
bħal wieħed li xejn ma għandu xi jgħid. 

Għax fik, Mulej, jien nittama; *
int li twieġeb, Sid u Alla tiegħi.
Jien għedt: “Ma jifirħux minħabba fija, *
ma jiftaħrux fuqi jekk riġli jogħtor.” 

Għax jien wasalt biex naqa’; *
u tbatijieti dejjem quddiem għajnejja.
Ħtijieti jien nistqarrhom; *
nitħasseb fuq id-dnub tiegħi. 

Tqawwew dawk li għal xejn b’xejn huma kontrija, *
żdiedu dawk li għal xejn jobogħduni;
dawk li jrodduli l-ġid bid-deni; *
dawk li jiqfuli għax nimxi sewwa. 

La tħallinix, Mulej; *
Alla tiegħi, titbegħidx minni.
Fittex agħtini l-għajnuna, *
Sidi, is-salvazzjoni tiegħi. 

Glorja.

Ant. 3: Ħtijieti nistqarrhom; Sidi, la tħallinix, inti s-salvazzjoni tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar