Sidi, quddiemek hi x-xewqa kollha tiegħi

 

L-uffiċċju tal-qari, il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2024
Salm 37 (38)

(II) Irejħu u jdennu l-ġrieħi tiegħi, *
ħtija tal-bluha tiegħi.
Ninsab milwi u mifni għall-aħħar; *
il-jum kollu ngħaddih fid-dwejjaq. 

Għax qabadni ħruq f’ġenbejja, *
u xejn sħiħ ma għandi f’ġismi.
Mifni nħossni u mfarrak għalkollox; *
ngħajjat minħabba t-tferfir ta’ qalbi. 

Sidi, quddiemek hi x-xewqa kollha tiegħi; *
it-tnehid tiegħi mhux moħbi minnek.
Qalbi tħabbat, saħħti ħallietni, *
id-dawl t’għajnejja wkoll naqasni. 

Ħbiebi u sħabi mill-mard tiegħi jitgerrxu; *
qrabati jżommu ’l bogħod minni.
Xibka ħejjewli dawk li jonsbuli ħajti, †
iqassu fuqi dawk li jixtiquli d-deni, *
il-ħin kollu l-qerq inassu. 

Glorja.

Ant. 2: Sidi, quddiemek hi x-xewqa kollha tiegħi.

Ant. 3: Ħtijieti nistqarrhom; Sidi, la tħallinix, inti s-salvazzjoni tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar