ta widen għat-talba tiegħi

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 20 ta’ Awwissu 2023.

Salm 65 (66)

(II) Nidħol f’darek bil-vittmi maħruqa, *
intemm il-wegħdiet li għamiltlek;
il-wegħdiet li tennew xufftejja, *
u fommi wiegħed fl-hemm tiegħi.
Sagrifiċċji ta’ bhejjem imsemmna, †
duħħan ifuħ ta’ ħrief maħruqa, *
mogħoż u gniedes inħejjilek. 

Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom, †
intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, *
ngħidilkom x’għamel miegħi.
Lilu sejjaħ fommi, *
tifħiru kien fuq ilsieni.
Kieku żammejt il-ħażen f’qalbi, *
ma kienx jismagħni Alla Sidi.
Iżda Alla tassew semagħni, *
ta widen għat-talba tiegħi. 

Imbierek Alla, †
li ma warrabx it-talba tiegħi; *
ma warrabx minn fuqi t-tjieba tiegħu!

Glorja.

Ant. 3: Isimgħu, intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, u ngħidilkom x’għamel miegħi, hallelujah.

 R/. Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija.
V/. Taqta’ aktar minn xabla b’żewġt ixfar.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/