tahom il-qamħ mis-sema

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju 2023.

Salm 77 (78)

(II) 

Iżda huma kontrih komplew dinbu, *
qamu kontra Alla fid-deżert.
Ġarrbu lill-Għoli f’qalbhom, *
billi talbuh l-ikel li xtaqu.
Tkellmu kontra Alla, u qalu: *
“Jista’ Alla jħejji mejda fid-deżert?
Hu ħabbat il-blat, u l-ilma ħareġ, *
widien tal-ilma gelglu;ma jistax jagħti ħobż ukoll, *
jew iħejji laħam għall-poplu tiegħu?”
Għal dan il-kliem għadab il-Mulej; †
tkebbes in-nar għal Ġakobb, *
u s-saħna tiegħu xegħlet għal Iżrael.
Għax huma ma emmnux lil Alla, *
ma ttamawx fl-għajnuna tiegħu. 

Imma hu ordna s-sħab fl-għoli, *
u fetaħ bwieb is-smewwiet;
u xita ta’ manna bagħtilhom x’jieklu, *
tahom il-qamħ mis-sema.
Kull wieħed kiel il-ħobż tal-qalbenin, *
ikel bix-xaba’ bagħtilhom.
Tella’ r-riħ ilvant fis-smewwiet, *
u ħareġ ir-riħ isfel b’qawwietu.
Xita ta’ laħam bħat-trab bagħtilhom, *
għasafar bħar-ramel tal-baħar;
u waqqagħhom f’nofs it-tined tagħhom, *
madwar l-għerejjex fejn kienu jgħammru.
Huma kielu u xebgħu għalkollox, *
għax hu tahom kemm kienu xtaqu. 

Anqas laħqu temmew xewqithom, †
kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom,
xħin il-Mulej reġa’ nkorla għalihom;
qatlilhom l-aħjar nies tagħhom, *
iż-żgħażagħ ta’ Iżrael mal-art xeħtilhom. 

Glorja.

Ant. 2: L-ulied kielu mill-manna, u xorbu mill-blata spiritwali li kellhom warajhom, hallelujah.

Ant. 3: Kienu jiftakru li Alla l-blata tagħhom u l-feddej tagħhom, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/