tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek

 

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tlieta 2 ta’ Lulju 2024
Salm 12 (13)

Tnehid tal-ġust li jittama fil-Mulej
Alla ta’ tama jimliekom b’kull ferħ. (Rum 15:13) 

Mulej, għal dejjem se tinsieni? *
Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?
Kemm se ndum b’qalbi ttaqtaq, †
bl-imrar kuljum f’qalbi? *
Kemm se jdum jintrefa’ l-għadu fuqi? 

Ħares u weġibni, Mulej, Alla tiegħi, *
agħti d-dawl lil għajnejja,
li ma naqax fir-raqda tal-mewt;
li ma jgħidx l-għadu tiegħi: “Għelibtu!” *
li ma jifirħux l-għedewwa għax jarawni nogħtor. 

Imma jien fit-tjieba tiegħek nitma, †
tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek. *
Ngħanni lill-Mulej għall-ġid li għamilli. 

Glorja.

Ant. 2: Tifraħ qalbi għall-għajnuna tiegħek.

Ant. 3: Alla ħalla ’l kulħadd fid-dnub, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar