tkun idi dejjem miegħu

 

L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 13 ta’ Settembru 2023.

Salm 88 (89)

(II) 

Dhert fl-imgħoddi lil ħbiebek u għedtilhom: *
“Jien qegħedt il-kuruna fuq ras wieħed qalbieni;
ħtart żagħżugħ *
u għollejtu fuq il-poplu.
Sibt ’il David, qaddej tiegħi, *
biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu;
tkun idi dejjem miegħu, *
u nsaħħu wkoll bi driegħi. 

Ma jgħakksux l-għadu tiegħu; *
ma jbaxxihx il-bniedem ħażin.
Inxejjen quddiemu l-għedewwa tiegħu, *
u nsawwat lil min jobogħdu.
Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tjieba tiegħi; *
b’ismi tissaħħaħ il-qawwa tiegħu.
Is-setgħa ta’ jdejh nifrex fuq il-baħar; *
fuq ix-xmajjar taħkem il-leminija tiegħu. 

Hu jsejjaħli: Int missieri u Alla tiegħi, *
fortizza u salvazzjoni tiegħi!
U jiena nagħmlu l-iben il-kbir tiegħi, *
l-ogħla fost is-slaten tal-art.
It-tjieba tiegħi fuqu nżommha għal dejjem, *
u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.
Nagħmel li nislu jibqa’ għal dejjem; *
it-tron tiegħu jkun bħall-jiem tas-sema. 

Glorja.

Ant. 2: L-Iben ta’ Alla, skond it-tnissil tal-ġisem, twieled minn nisel ta’ David.

Ant. 3: Ħlift darba għal dejjem lil David, qaddej tiegħi: nislu jibqa’ għal dejjem.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/