u jaħseb li int ma tfittxux?

 

L-uffiċċju tal-qari, it-Tlieta 19 ta’ Novembru 2024
Salm 9B (10)

(II)

Qum, Mulej! Erfa’ idek, o Alla! *
La tinsihomx lill-imsejknin.
Għax għandu l-ħażin ikasbrek, o Alla, *
u jaħseb li int ma tfittxux? 

Int tara, tabilħaqq, l-għawġ u l-ħsara, *
u taħseb biex f’idejk teħodhom.
F’idejk jintelaq l-imsejken; *
tal-iltim int sirt il-għajnuna.
Kisser int driegħ il-ħażin u l-midneb, *
ilħaqlu ħżunitu sakemm ma ssiblux iżjed. 

Sultan hu l-Mulej għal dejjem ta’ dejjem; *
inqerdu l-ġnus minn artu.
It-talba tal-imsejknin smajtha, Mulej; *
int taqtgħalhom ix-xewqa ta’ qalbhom,
biex tagħti raġun lill-iltim u l-maħqur; *
u bniedem tal-art ma jbeżżax aktar. 

Glorja.

Ant. 2: Ara, Mulej, l-għawġ u l-ħsara tal-imsejken.

Ant. 3: Kliem il-Mulej kliem safi, fidda mgħoddija bin-nar.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar