u jdawwal l-għajnejn

 

Scroll down for the English version.

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tnejn 5 ta’ Frar 2024

Salm 18B (19B)

Tifħir ’l Alla, Sid il-LiġiKunu perfetti, bħalma perfett Missierkom tas-sema. (Mt 5,48) 

Il-liġi tal-Mulej perfetta u tagħti l-ħajja; *
ix-xhieda tal-Mulej hi sewwa,
u tgħallem lil min ma jafx.
Il-Preċetti tal-Mulej dritti, u jferrħu l-qalb; *
il-kmandament tal-Mulej safi,
u jdawwal l-għajnejn. 

Il-biża’ tal-Mulej sinċier, u jibqa’ għal dejjem; *
il-ġudizzji tal-Mulej sewwa, u mseddqa għalkollox.
Egħżeż mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin, *
oħla mill-għasel u mill-qtar tax-xehda. 

Fehemhom sewwa l-qaddej tiegħek; *
ħlas tajjeb għandu min iħarishom.
In-nuqqas min jista’ jagħrfu? *
Minn dak li ma nafx bih saffini.
U mill-kburija wkoll ħares lill-qaddej tiegħek, *
tħalliha qatt taħkimni.
Imbagħad inkun bla ħtija *
u ħieles minn dnub kbir. 

Ħa jkunu milqugħa quddiemek †
kliem fommi u ħsieb qalbi, *
Mulej, blata tiegħi u feddej tiegħi. 

Glorja.

Ant. 1: Il-liġi tal-Mulej tferraħ il-qalb u ddawwal l-għajnejn.

Ant. 2: Iqum il-Mulej biex jagħmel ħaqq mill-popli bis-sewwa.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/

In English

Daytime Prayer, Monday 5 of February 2024.

Psalm 19B
Praise of God who gave us the law of love

You must be perfect as your heavenly Father is perfect (Matthew 5:48).

The law of the Lord is perfect, *
it revives the soul.
The rule of the Lord is to be trusted, *
it gives wisdom to the simple.

The precepts of the Lord are right, *
they gladden the heart.
The command of the Lord is clear, *
it gives light to the eyes.

The fear of the Lord is holy, *
abiding for ever.
The decrees of the Lord are truth *
and all of them just.

They are more to be desired than gold, *
than the purest of gold,
and sweeter are they than honey, *
than honey from the comb.

So in them your servant finds instruction; *
great reward is in their keeping.
But who can detect all his errors? *
From hidden faults acquit me.

From presumption restrain your servant *
and let it not rule me.
Then shall I be blameless, *
clean from grave sin.

May the spoken words of my mouth, *
the thoughts of my heart,
win favor in your sight, O Lord, *
my rescuer, my rock!

Glory to the Father, and to the Son, *
and to the Holy Spirit:
as it was in the beginning, is now, *
and will be for ever. Amen.

Read the full psalm on http://www.ibreviary.com/m2/breviario.php?s=ora_media