u jidher fis-sebħ tiegħu

 

L-uffiċċju tal-qari it-Tlieta 28 ta’ Mejju 2024
Salm 101 (102)

(II) 

Imma int, Mulej, għal dejjem tibqa’; *
minn nisel għal nisel it-tifkira tiegħek.
Inti tqum u tħenn għal Sijon, *
għax hu ż-żmien u l-waqt li tħenn.
Għax għażiż għall-qaddejja tiegħek il-ġebel tagħha; *
tiġihom ħasra mit-trab tagħha. 

Ħa jkollhom il-ġnus il-biża’ ta’ ismek, Mulej, *
u s-slaten kollha tal-art
il-biża’ tas-sebħ tiegħek,
meta l-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, *
u jidher fis-sebħ tiegħu.
U jisma’ t-talb tal-mitluqin, *
ma jistmellx it-talb tagħhom. 

Jinkiteb dan għan-nisel li għad jiġi, *
u poplu ġdid għad ifaħħar lill-Mulej.
Il-Mulej iħares ’l isfel
mill-għoli tas-santwarju tiegħu, *
hu jittawwal mis-sema lejn l-art,
biex jisma’ l-krib tal-ilsiera, *
biex jeħles ’il dawk li huma għall-mewt. 

U hekk jixxandar f’Sijon isem il-Mulej, *
u f’Ġerusalemm it-tifħir tiegħu,
meta l-popli flimkien jinġemgħu, *
u s-slaten biex jaqdu l-Mulej. 

Glorja.

Ant. 2: Mulej, isma’ t-talb tal-umli.

Ant. 3: L-art int waqqaftha, Mulej; għemil idejk huma s-smewwiet.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar