u jien nistaqsi: “Meta se tfarraġni?”

 

Talb ta’ nofs il-jum, is-Sibt 11 ta’ Mejju 2024

Salm 118 (119):81-88

XI (Kof) 

Ninfena bix-xewqa tas-salvazzjoni tiegħek; *
jien nittama fil-kelma tiegħek.
Għejew għajnejja jistennew il-wegħda tiegħek; *
u jien nistaqsi: “Meta se tfarraġni?” 

Sirt qisni ġild imnixxef fid-duħħan; *
imma ma nsejtx il-kmandamenti tiegħek.
Kemm se jdum jistenna l-qaddej tiegħek? *
Meta se tagħmel ħaqq minn dawk li jħabbtuni? 

Ħaffru l-kburin ħofra għalija, *
dawk li ma jimxux skond il-liġi tiegħek.
Sewwa huma l-kmandamenti tiegħek kollha; *
għinni int, meta bil-qerq iħabbtuni. 

Għal ftit ma qerdunix minn din l-art; *
imma jien ma ħallejtx il-preċetti tiegħek.
Fit-tjieba tiegħek agħtini l-ħajja; *
u jiena nħares il-preċetti ta’ fommok. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/