u jwieġbu mis-sema mqaddes tiegħu

 

L-għasar, it-Tlieta 14 ta’ Jannar 2025

Salm 19 (20)

Talba għar-rebħa tas-sultan
Kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salv. (Atti 2:21) 

Jisimgħek il-Mulej fi żmien in-niket; *
iħarsek l-isem ta’ Alla ta’ Ġakobb!
Mit-tempju mqaddes tiegħu jibgħatlek l-għajnuna, *
u minn Sijon jagħtik is-saħħa. 

Jiftakar fl-offerti tiegħek kollha, *
u jilqa’ bil-qalb is-sagrifiċċju tiegħek.
Jagħtik dak li tixtieq qalbek, *
u jtemm il-ħsibijiet tiegħek kollha.

Naqbżu bil-ferħ għar-rebħa tiegħek, †
ngħollu l-bnadar f’isem Alla tagħna. *
Jagħtik il-Mulej kulma titolbu! 

Jien issa naf li l-Mulej *
irebbaħ lis-sultan, il-midluk tiegħu,
u jwieġbu mis-sema mqaddes tiegħu *

Xi wħud fil-karrijiet, oħrajn fiż-żwiemel, *
imma aħna f’isem il-Mulej Alla l-qawwa tagħna.
Huma jixxenglu u jaqgħu; *
imma aħna b’saħħitna, weqfin fuq riġlejna. 

Mulej, salva s-sultan; *
weġibna meta nsejħulek. 

Glorja.

Ant. 1: Il-Mulej rebbaħ lis-Sultan, il-Midluk tiegħu.

Ant. 2: Ngħannu u nfaħħru s-saħħa tiegħek, Mulej.