u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, is-Sibt 14 ta’ Settembru 2024
Salm 62 (63):2-9

Ir-ruħ għatxana għal Alla
Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad egħmejjel il-lejl. 

Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Kristu, bil-mewt tiegħu fuq is-salib, xejjen is-setgħat tal-infern; huwa tħażżem bil-qawwa, u fit-tielet jum irxoxta.

Ant. 2: Jiddi s-salib imbierek, li fuqu l-Mulej ħa l-mewt bħala bniedem, u b’demmu naddafna minn ħtijietna.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar